F’dawn il-jiem Malta qiegħed tospita l-kampjonat Ewropew tal-Volleyball tat-tfajliet taħt it-tmintax -il sena. Dan hu organizzat fil-kumpless sportiv tal-Kottonera mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Qiegħed jieħdu sehem sitt teams u barra Malta hemm ukoll l-Irlanda, Monaco, l-Irlanda ta’ Fuq, San Marino u l-iSkozja. Dawn kienu maqsumin f’żewġ gruppi.
It-team nazzjonali Malti hu mmexxi mill-coach nazzjonali, il-Montenegrin Pavle Drecun.
Pool A
Irlanda 3-2 Monaco
Malta 3-1 Irlanda
Monaco 0-3 Malta
Pool B
Irlanda ta’ Fuq 0-3 San Marino
San Marino 3-0 Skozja
Skozja 1-3 Irlanda ta’ Fuq
Għas-semi finali għaddew Irlanda, San Marino, Malta u l-Irlanda ta’ Fuq.
Jekk Malta tirbaħ din il-partita kontra l-Irlanda ta’ Fuq li tibda fis-7pm, il-Ħadd tilgħab fil-finali li tibda fit-3.30pm. Inħeġġu lill-pubbliku sportiv Malti biex jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-team Malti.
Semi Finali is-Sibt
Irlanda San Marino
Malta Irlanda ta’ Fuq