Tuesday, December 3, 2024

VOLOTEA tirritorna lura Malta b’titjiriet lejn Bordeaux

Aqra wkoll

Minn Mejju 2025, se tiġi introdotta rotta ġdida lejn Bordeaux fi Franza. Dan se jkun possibbli permezz tal-linja tal-ajru Volotea li qed terġa’ toffri titjiriet minn u lejn Malta. Fil-fatt din il-linja tal-ajru se toffri żewġ titjiriet fil-ġimgħa – nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa – lejn din id-destinazzjoni.

Id-Direttur tas-Suq Internazzjonali fi ħdan Volotea, Valeria Rebasti, fissret il-kuntentizza tagħhom għall-fatt li din il-linja tal-ajru qed terġa’ tirritorna lejn Malta. Qalet li din ir-rotta toffri opportunitajiet eċitanti għall-passiġġieri fiż-żewġ destinazzjonijiet.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg qal li b’dan il-pass qed jiżdiedu l-opportunitajiet tal-ivvjaġġar għall-passiġieri Maltin u Franċiżi u li din ir-rotta ġdida se ssaħħaħ il-konnettività ma’ wieħed mill-aktar swieq ewlenin għal pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) Carlo Micallef laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li Volotea se terġa’ tibda topera minn Malta b’rotta ġdida minn u lejn Bordeaux. B’hekk Volotea se ssaħħaħ il-preżenza tagħha fl-Ewropa.

Ekonomija

Sport