Sunday, December 22, 2024

Voluntiera jesprimu s-sodisfazzjon wara għajnuna lil persuni li lanqas biss taf

Aqra wkoll

Qegħdin igerrbu l-ġranet mill-ewwel jum ta’ invażjoni Russa fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni fil-pajjiż hija waħda ta’ qsim il-qalb. 

“Is-sodisfazzjon li tgħin persuni li lanqas biss tafhom huwa xi ħaġa li ma tixtrihx bl-ebda somma ta’ flus. Aħna nagħtu dan is-servizz mingħajr ħlas, iżda m’hemmx dubju li dan ix-xogħol se jissarraf f’ħafna ġid minn vjaġġ li se jkun beda minn pajjiż daqshekk żgħir b’poplu daqstant ġeneruż”. Din kienet ir-reazzjoni ta’ waħda mill-voluntiera li fl-aħħar sigħat ġabru affarijiet li se jkunu qegħdin iħallu pajjiżna lejn l-Ukrajna llum stess. 

Fost din l-għajnuna umanitarja hemm diversi prodotti li jinkludu affarijiet għat-trabi u n-nisa, hand sanitizers, kutri u ħafna iktar affarijiet li ċertament li se jkunu ta’ għajnuna kbira għall-poplu li spiċċa jistkenn f’postijiet taħt l-art għal jiem sħaħ mill-ewwel sigħat tal-invażjoni.

Fost għaqdiet oħra, St John Ambulance u St John Rescue Corp kellhom sehem importanti f’dan il-kontribut kollettiv ta’ għajnuna umanitarja.

Kull min jixtieq jgħin b’xi għotja finanzjarja jista’ jagħmel dan billi jibgħat id-donazzjoni tiegħu fuq il-kont St John Malta BIC: VALLMTMT IBAN: MT28VALL22013000000013205395015 (Reference: Ukraine 

Pajjiżna ta l-kelma tiegħu li filwaqt li ma kienx se jieħu pożizzjoni; bil-Prim Ministru Robert Abela jsostni li kienet tkun deċiżjoni nieqsa mill-għaqal li kieku poġġejna lir-Russi kollha f’keffa waħda. Minkejja dan, fl-ewwel kontribut fid-diskussjonijiet bejn il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej Abela qal li fil-limitazzjonijiet tiegħu pajjiżna se jkun qiegħed joffri għajnuna umanitarja.

Ekonomija

Sport