Sunday, October 27, 2024

“Waqaf biex jgħin lill-anzjana daqslikieku kienet ommu fil-Ħamrun”

Ritratt mill-isbaħ meħud fil-Ħamrun jisraq il-qlub ta’ bosta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Din hija l-qalb tajba tal-uffiċjali tal-Pulizija ta’ pajjiżna u mhux il-ħafna tgergir u lmenti li naraw minħabba persuni li ma nqdewx mill-għassa”. Iddikjara dan qarrej tagħna li ġibdilna l-attenzjoni dwar dan ir-ritratt li qed jiċċirkola fil-midja.

Il-qarrej kompla biex jispjegalna li l-każ seħħ riċenti fil-Ħamrun meta anzjana li sabet ruħha f’diffikultà biex taqsam minħabba xi xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li jinsabu għaddejjin fiż-żona.

Huwa kompla biex ifaħħar dan il-ġest sabiħ ta’ uffiċjal li telaq kollox minn idejh u mar jgħin lil din l-anzjana li fir-ritratt tistħajlu qiegħed jgħin lil ommu.

Dan is-sit bħal dejjem jieħu l-opportunità biex f’isem il-pubbliku inġenerali jirringrazzja lil dawk kollha li ta’ kuljum jagħtuna xi forma ta’ servizz.

Sport