Saturday, December 21, 2024

Waqfa minn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’żoni turistiċi matul is-sajf

Aqra wkoll

Xogħol ta’ twaqqigħ u tħaffir f’żoni turistiċi mhux se jkun permissibbli bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2022. Dan tħabbar f’inizjattiva kkordinata bejn l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA), l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità tal-Ippjanar (PA).

Il-ħsieb ta’ din l-inizjattiva huwa li jittaffa kemm jista’ jkun l-inkonvenjent li siti ta’ kostruzzjoni jista’ jkollhom kemm fuq l-industrija tat-turiżmu kif ukoll fuq familji Maltin li jgħixu f’żoni turistiċi matul is-sajf.

Kwalunkwe xogħol ta’ twaqqigħ u tħaffir illegali li jsir f’dan il-perjodu, fil-lokalitajiet u t-toroq identifikati mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, jista’ jiġi rrappurtat lill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni fuq in-numru tat-telefon 8004 9000, jew fuq 99637508 (Malta) u 99098855 (Għawdex) wara l-ħinijiet tal-uffiċċju. 

Il-lista sħiħa tat-toroq fejn ix-xogħlijiet huma pprojbiti tinsab fuq www.mta.com.mt/en/summerbreaktime2022.

Ekonomija

Sport