Monday, December 23, 2024

“Waqt li għaddejja gwerra aħna qisna għaddejjin bil-Christmas”

Aqra wkoll

Waqt id-dibattitu li sar bejn il-mexxejja tal-partiti politiċi fl-Università, iċ-Chairman tal-AD+PD Carmel Cacopardo, tkellem dwar il-gwerra preżenti li għaddejja bejn ir-Russja u l-Ukrajna, u l-atroċitajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-Ukreni.

Cacopardo argumenta li waqt li ftit mili bogħod għaddejja gwerra, f’pajjiżna aħna qisna għadna għaddejjin bil-christmas b’wegħdiet li jagħmlu l-Partiti l-Kbar, wieħed għandu jeħodhom “b’daqsxejn melħ”. Huwa tkellem ukoll dwar l-iskarsezzi u l-għoli tal-prezzijiet, u qal li hemm bżonn madwar €200 miljun f’sussidji.

Qal li f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ inċertezza “Wieħed irid joqgħod daqsxejn attent xi jwiegħed”. Qal li jekk l-invażjoni tinfirex, il-provvista tal-gass mhix se tibqa’ garantita.

Ekonomija

Sport