Puttinu Cares iktar kmieni dalgħodu rrakkonta l-istorja Jennifer — tfajla li ftit ġimgħat qabel ma kienet se tingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ, skopriet li għandha kanċer f’sidirha. Sabiex tkun tista’ tibda t-trattament meħtieġ mill-iktar fis possibbli, hija kellha ssib data alternattiva għat-tieġ.
Sfortunatament, waqt li kienet qed issirilha l-operazzjoni, irriżulta li kellha iktar minn kanċer wieħed. Minkejja dan, Jennifer irnexxielha tkompli tissielet kontra l-kanċer u għadha tgawdi lill-familja, il-ħbieb u l-qraba.
Puttinu Cares jerġa’ jfakkar biex il-pubbliku jaħseb f’Puttinu sabiex nies li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik ta’ Jennifer, ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu u jgawdu lill-għeżież tagħhom.