Waqt il-kunċert “Sempre Vivo” li sar fix-Xagħra Għawdex inġabru aktar minn 20,000 ewro b’risq Puttinu Cares.
L-organizzaturi qasmu din l-aħbar fejn esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għal ammont kbir ta’ persuni li attendew għal dan il-kunċert.
Il-Kunċert “Sempre Vivo” jkun organizzat kull sena “mill-Karus l-Aħmar” li twaqqaf biex ifakkar apposta biex ifakkar il-memorja ta’ Geordie Muscat li kien miet f’Awwissu tal-2021 wara li tilef il-battalja mal-kanċer. Grupp ta’ persuni mix-Xagħra huma determinati li jibqgħu jfakkru lil dan il-ġuvni u għalhekk għat-tieni sena konsekuttiva reġgħu organizzaw il-kunċert “Sempre Vivo”.