Thursday, April 18, 2024

“Waqt xogħol imblukkajt it-triq fil-Marsa bil-karozza meta arrestaw uffiċjali tal-GWU fl-ajruport”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-jum tal-20 ta’ Awwissu niftakru sew. Kont bħas-soltu  għal sajda li kont ilni nistenna. Ħdejja radju ċkejken li ġġorru fil-but.  Ġurnata pjuttost kwieta meta f’mument minnhom tidħol ‘flash news’. Inkwiet fi triq prinċipali tal-Marsa, b’uffiċjali tal-General Workers Union (GWU) arrestati.  Intfajt mar-radju nisma.  Flixkun birra dak il-ħin niżel għasel waqt li nisma bl-aħħar aġġornamenti ta’ kif it-triq kienet imblukkata minn karozza misjuqa mill-fotografu tal-ġurnal L-ORIZZONT.  Ma nafx għaliex bdejt nipprova nimmaġina min seta’ kien il-fotografu, mill-erba’ li kien hemm.

Niskopri proprju l-għada meta dħalt għax-xogħol mill-‘off’. Kien Roger Azzopardi, li imblokka it-triq biex waqqaf ix-xarabank tal-Pulizija li kienet mimlija uffiċjali tal-GWU li kienu arrestati wara azzjoni fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Ma setax jonqos li l-fotografu Roger Azzopardi jitkellem fid-dettal miegħi dwar dan il-każ. “Dwar dan il-każ niftakar stampajt ammont kbir ta’ ritratti. Ir-ritratti li ħadt kont stampajthom kollha, u għaddejthom lill-uffiċjali tal-GWU. Dan il-każ kien wieħed ta’ uġiegħ ta’ ras. Kien hemm kwistjoni sħiħa li nqalgħet fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Kienu waqaf jaħdem is-servizz tat-tifi tan-nar fl-ajruport b’azzjoni industrijali u dan ħoloq kjass sħiħ.  L-uffiċjali tal-General Workers Union (GWU) u għadd kbir ta’ ħaddiema kienu ġew arrestati. Tgħabbew f’xarabank tal-Pulizija u kienu se jittieħdu lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Jien kienu ordnawli biex nagħlaq it-triq bil-karozza. Hekk għamilt. Imblukkajt it-triq il-karozza bil-karozza Maruti ta’ kulur aħmar”. 

Ma stajtx ma nistaqsiehx jekk meta ingħata l-ordni ħax inkonsiderazzjoni  l-konsegwenzi li setgħu ġew wara, jiġifieri imblokk ta’ arterja prinċipali u imblokk ta’ xarabank tal-Pulizija.

Roger mingħajr ma jaħsibha darbtejn jgħidli li “dak il-ħin ma qist xejn.  Wara bdejt naħseb x’konsegwenzi seta’ kien hemm għax lill-uffiċjali tal-GWU kienu baqgħu sakemm ittellgħu l-Qorti għalkemm kollox waqa’.  Wara li imblukkajt it-triq, il-ħaddiema u l-uffiċjali niżlu mix-xarabank u wara ftit ħin ġew ammonti ta’ Pulizija u uffiċjali oħra.  Dawn bdew jissaraw mal-uffiċjali tal-GWU u mal-ħaddiema. Fost ir-ritratti kien spikka ritratt ta’ Pulizija jaqbad uffiċjal tal-GWU minn għonqu”. 

Ekonomija

Sport