“Wara kull sit ta’ kostruzzjoni, hemm il-ħajja. Jekk jogħġobkom, għeżież żviluppaturi, oqogħdu attenti speċjalment matul dan iż-żmien meta ħafna qtates ikunu tqal u qed ifittxu postijiet siguri fejn iwelldu”
Dan kien il-messaġġ li wassal l-attivist tal-annimali Ackerley Pace permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali. Pace żied jgħid;” M’iniex kontra l-iżvilupp; nixtieq sempliċement inqajjem kuxjenza”.
Irrimarka li matul ix-xogħol tiegħu li jsalva diversi annimali, jiltaqa’ ma’ ħafna sitwazzjonijiet diffiċli, iżda dejjem jipprova jaħdem biex jibni komunità aktar ġentili u aħjar.

