Wednesday, December 25, 2024

Wara l-allegat użu ta’ fondi pubbliċi fit-tieġ tiegħu … Il-Ministru Clayton Bartolo nnifsu jitlob għal investigazzjoni mill-aktar fis

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Clayton Bartolo, għamel appell lill-Awditur Ġenerali biex jibda investigazzjoni mill-aktar fis wara li l-ADPD għamlet talba dwar l-allegat użu ta’ fondi pubbliċi waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ tiegħu  u ta’ martu, iċċelebrat nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju 2024.

Il-Ministru Bartolo min-naħa tiegħu qal li, “wara li qist dak kollu li ntqal fil-fora pubblika, nemmen li dan huwa każ ideali fejn il-politiċi jinżammu accountable għal kliemhom u għall-investigazzjonijiet li jitolbu. Hija ħaġa naturali li jekk jinstab li jiena għamilt użu ħażin minn fondi pubbliċi, kif qiegħed jiġi allegat, se tintalab ir-riżenja tiegħi. Jekk dak ikun il-każ, mhux se nkun jiena li ntellef il-kredibilità tal-Gvern tal-ġurnata mmexxi mill-Prim Ministru, Robert Abela”. 

Fl-istess ħin huwa enfasizza li hija ħaġa daqstant naturali li jekk jinstab li minn dan kollu ma kien hemm xejn, “għandha tirreżenja l-amministrazzjoni kollha tal-ADPD. Ladarba għoġobhom jitolbu l-investigazzjoni bħala partit, issa għandha tkun l-amministrazzjoni tal-partit li terfa’ r-responsabbilità”. 

Tant kemmhuwa konvint minn dan li qiegħed jgħid li l-Ministru Bartolo appella huwa stess lill-Awditur Generali biex jibda din l-investigazzjoni u wiegħed il-koperazzjoni sħiħa tiegħu. 

Huwa temm jisħaq li, “irid jispiċċa ż-żmien li kulħadd ifajjar talbiet għal investigazzjonijiet bil-għan li jintefa’ d-dubju u jitqajjem is-suspett. Kull min jitfa’ l-ġebla m’għandux jaħbi idu u juri kemm huwa ġifa, iżda jrid jerfa’ r-responsabbilità politika għal għemilu”.

Ekonomija

Sport