Sunday, December 22, 2024

Wara l-ġlied bejn l-Arġentina u l-Brażil … tintervjeni l-FIFA

Aqra wkoll

Il-FIFA se tkun qed tiftaħ proċeduri dixxiplinari kontra l-Federazzjonijiet tal-Arġentina u l-Brażil wara l-ġlied kbir li nqala’ t-Tlieta li għaddew fl-okkażjoni tal-logħba tagħhom mill-kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja 2024.

Kollox beda meta kienu qed jindaqqu l-innijiet nazzjonali bil-partitarji Arġentini li bdew jagħmlu ħafna storbju u bil-pulizija Brażiljana li kellha tintervjeni għalkemm b’xi ftit ta’ vjolenza meta litteralment sawwtuhom.

Kien hawn li xi partitarji Arġentini ġarrbu ġrieħi f’rashom bil-plejers li għal ftit minuti daħlu fid-dressing rooms.

Il-FIFA qalet li l-intervent tal-pulizija Brażiljana ma kinitx adegwata filwaqt li l-partitarji Arġentini bdew joħolqu ħafna ġlied.

Ekonomija

Sport