Wara li akkwistaw is-servizzi tal-istilla Brażiljana Neymar Junior, Al Hilal ma waqfux hawn hekk kif kisbu l-firma tal-gowlkiper Marokkin Yassine Bounou. Dan il-plejer iffirma kuntratt ta’ tliet snin li bihom se jkun qed jaqla’ €13-il miljun kull staġun.
Bounou għandu 32 sena u dan se jkun is-sitt klabb tiegħu wara Wydad FC, Atletico Madrid, Zaragoza, Girona u l-istess Sevilla. Hu lagħab ukoll 54 logħba mat-tim nazzjonali Marokkin.