Thursday, July 23, 2026
Home Sport Alexis Sanchez viċin Santos

Alexis Sanchez viċin Santos

0
323

L-attakkant veteran Ċilen Alexis Sanchez jinsab viċin li jingħaqad ma’ Santos fil-Brażil. Dan tal-aħħar irċieva offerta mingħand dan il-klabb wara li telaq minn ma’ Olympique Marseille.

Sanchez qed jevalwa dan iċ-ċans għalkemm ħafna qed jgħidu li dan kollu hu kwistjoni ta’ sigħat.

Sanchez għandu 34 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Colo Colo, River Plate, Barcellona, Arsenal, Manchester United, Inter u Marseille.