Tuesday, December 24, 2024

Wara rapporti fil-midja li l-inċineratur tal-Marsa se jiġi rikolat fil-Magħtab….

... Il-proċess għadu prematur ħafna u fil-fażi ta’ studju

Aqra wkoll

Wara rapport fuq il-mezzi tal-midja li l-inċineratur tal-Marsa se jiġi rilokat fil-Magħtab, il-Kap Eżekuttiv tal-faċilità Wasterv Richard Bilocca aċċerta lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li l-proċess għadu prematur ħafna u li għadu fil-fażi ta’ studji kif ukoll ta’ Studju fuq l-Impatt Ambjentali (EIA).

Dan wara li l-Kunsill Lokali Naxxar għamel kuntatt ma’ Wasterv biex jingħata aktar informazzjoni dwar dan. Wasteserv mill-ewwel laqgħat talba tal-Kunsill Lokali fejn it-Tnejn li għadda saret laqgħa mal-Kap Eżekuttiv. Għal din il-laqgħa kienu preżenti s-Sindku, Anne Marie Muscat Fenech Adami, il-Viċi Sindku, Dott. Christopher Deguara, il-Kunsillieri Maryanne Cuomo, Mark Anthony Deguara, Joseph Spiteri u Noel Gat flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv, Paul Gat. 

Il-Kunsill Lokali Naxxar talab għal komunikazzjoni sa mill-bidunett mal-Kunsill fid-dawl li huwa r-rappreżentant tal-poplu tan-Naxxar. Sadanitant, dan  il-Kunsill qal li se jkun qiegħed isegwi l-proċessi kollha f’aktar detall u jinvolvi persuni tekniċi bil-għan li jaċċerta li ma jsir xejn li jista’ jkollu impattt fuq l-ambjent, is-saħħa u l-ħajja tar-residenti tiegħu.

Finalment il-Kunsill Lokali Naxxar fakkar li huwa kien diġà esprima kontra inċineratur fil-Magħtab (Waste to Energy) u anke vvota kontrih.

Ekonomija

Sport