Friday, July 19, 2024

Wara s-7 ta’ Lulju nistennew mewġa oħra ta’ sħana

Aqra wkoll

“Dan is-sajf se jkun faċli li waqt li se nkomplu nesperjenzaw temperatura għolja, fejn mistennija jerġa’ jkollna mewġa ta’ sħana wara s-7 ta’ Lulju, hemm possibilità għolja li jinħoloq maltemp li ma jkunx previst u li diffiċli ħafna li wieħed jipprevedih.”

Hekk kiteb Gordon Grech fuq is-sit tat-tbissir tat-temp – L-Aġġornament tat-Temp dwar is-sitwazzjoni tat-temp f’pajjiżna.

Grech ikompli jikteb li dan kollu minħabba li taf tinħoloq pressjoni baxxa fil-Lbiċ tal-Mediterran u toħloq building clouds ikkawżat minn meta arja kiesħa tintaqa’ ma’ arja sħuna.

Hu jkompli jikteb li aktar mal-maltemp ikun lejn in-naħa ta’ flus tal-Italja, aktar ikun hemm possibilità ta’ dan it-tip ta’ maltemp. Hu jfakkar x’ġara f’Settembru li għadda fil-Libja.

Iżda Grech ikun ċar fit-tbassir tiegħu li s’issa ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ dan it-tip ta’ maltemp. Però, ikompli jikteb li minn wara nofs Lulju wieħed irid ikompli joqgħod attent xi jkun qiegħed jiġri bħala temp.

Intant it-temp għal jiem li ġejjin mistenni jkun it-Tnejn ftit imsaħħab b’riħ Forza 3 mill-Punent il-Lbiċ fejn it-temperatura tkun ta’ 34°C.

It-Tlieta t-temp ikun ftit imsaħħab b’riħ mill-Punent Forza 3 li jitqawwa għal forza 6 mill-Majjistral. L-ogħla temperatura tkun ta’ 30°C.

L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju jkollna temp ftit imsaħħab b’riħ forza 5 mill-Majjistral b’temperatura ta’ 30°C, biex imbgħad il-Ħamis ir-riħ jinżel għal forza 4 u jibqa’ mill-Majjistral b’temperatura ta’ 29°C.

Il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd it-temperatura tkun ta’ 31°C.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport