Wednesday, July 24, 2024

Wara sitt xhur imblukkat… l-Ocean Viking lura għas-salvataġġi fil-Mediterran

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

Wara sitt xhur imblukkat fi Sqallija, il-bastiment Ocean Viking immexxi minn SOS Mediterranee inħeles u wara perjodu qasir ta’ manutenzjoni reġa’ jinsab fi triqtu biex iwettaq is-salvataġġi fil-Mediterran. 

Il-bastiment se jkun qed jagħmel xejn inqas minn sitt xhur sħaħ fuq il-baħar bl-għan li jsalvaw persuni li jkunu qed jivvjaġġaw mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa bit-tama għal ħajja aħjar. 

Is-sena 2020 se tibqa’ mfakkar minħabba problemi kbar biex jitwettqu s-salvataġġi fil-Mediterran.  Matul din is-sena mietu xejn inqas minn 700 immigrant, li kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa. 

Sophie Beau, kofundatur u Viċi President ta’ SOS Mediterranee iddikjarat li “waqt li qed nirritornaw fil-Mediterran għas-salvataġġi, aħna qed inżommu f’moħħna li din kienet sena diffiċli ħafna għal dawk il-persuni li jinsabu maqbudin il-Libja. Bil-pandemija ingħalqu il-portijiet. In-nies imma xorta baqgħu jirriskjaw ħajjithom għal ħajja aħjar.”

Enfasizzat li “bastimenti merkantili wettqu id-dover tagħhom u salvaw l-immigranti li kienu f’diffikultà f’nofs ta’ baħar imma l-awtoritajiet ta’ diversi pajjiżi irrifjutaw li jsibu soluzzjoni għal dawk salvati. F’Ġunju, l-Ocean Viking tħalla bla istruzzjonijiet għal jiem sħaħ. Kellna niddikjaraw stat ta’ emerġenza abbord. Kien hemm ukoll każi ta’ ksur ta’ liġijiet internazzjonali, meta immigranti intbagħtu lura lejn il-Libja. Aktar minn 11,000 persuna kienu mibgħuta lejn il-Libja bil-forza. Minn dak li nafu, mietu aktar minn seba’ mitt immigrant. Ħafna oħrajn ma nafux x’ġara minnhom. Din is-sitwazzjoni hemm bżonn li tiġi fi tmiemha”, tiddikjara Sophie Beau.

Ekonomija

Sport