Saturday, December 21, 2024

Wara snin sħaħ abbandunata Kappella medjevali fir-Rabat se tkun restawrata

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kappella medjevali magħrufa bħala “San Mikiel is-Sanċir”, li tinsab fi Ġnien is-Sultan, ftit pass bogħod minn Wied il-Qlejgħa, issa wara snin ta’ appell biex tingħata l-attenzjoni għax kienet qed taqa’ biċċiet biċċiet, issa hemm pjani biex tkun restawrata. Inewsmalta hi infurmata li diġa saru l-applikazzjonijiet neċessarji mal-Awtorità tal-Ippjanar, biex xogħlijiet ta’ restawr mistennija jibdew fi żmien qasir. Ilhom isiru appelli dwar l-abbandun ta’ din il-kappella għal dawn l-aħħar tnax-il sena. Din il-kappella medjevali unika għandha parti mis-saqaf tagħha qed jaqa’.

Irid jingħad li din il-kappella hija waħda mill-ftit li għad fadlilna taż żminijiet medjevali. Interessanti hu l-fatt li fil-ħitan ta’ din il-kappella jidhru konsenturi, u xi xorok tas-saqaf diġa waqgħu. Il-bieb ta’ din il-kappella huwa kważi imbarrat minn għalqa li fiha jikber il-qasab. 

Ekonomija

Sport