Friday, October 11, 2024

It-tabib li qed jieħu ħsieb lil Berlusconi jikkonferma li qed jirkupra b’ritmu tajjeb

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jidher li kien hemm aġġornament b’rabta mal-kundizzjoni tal-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi li fl-aħħar jiem irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

It-tabib li qed jieħu ħsiebu minħabba infezzjoni fil-pulmun fl-Isptar ta’ San Raffaele f’Milan qal li l-kundizzjoni tiegħu għamlet avvanz pożittiv. Huwa żied jgħid dawn is-sinjali ta’ titjib fil-kundizzjoni tiegħu jagħtu ċertu ċertezza dwar il-mistoqsija ta’ jekk Berlusconi din id-darba kienx se jirkupra.

Berlusconi ta’ 83 sena ddaħħal l-isptar il-Ħamis li għadda u rriżulta pożittiv wara vaganza f’villa lussuża f’Sardinia. Is-sieħba tiegħu Marta Fascina u tnejn minn uliedu rriultaw pożittivi għall-virus ukoll.

Sport