Saturday, May 4, 2024

Wara x-xita tal-bieraħ, xi jmiss issa?

Aqra wkoll

Hekk kif ħafna ħasbu li s-Sajf beda u wieħed seta’ jgawdi l-baħar minn kmieni din is-sena, ilbieraħ irritornat ix-xitwa hekk kif fil-5.00pm rajna temperatura ta’ 10°C.

Gordon Grech mis-sit l-Aġġornament tat-Temp jikteb fuq il-profil tiegħu li nhar il-Ħadd li ġej mistenni riħ qawwi ħafna mill-Grieg il-Lvant bejn 2.00am u 6.00pm.

Iżda fuq l-istess sit Grech li hu wieħed mill-aqwa bassara tat-temp f’pajjiżna jikteb li llum il-Ħamis it-temp mistenni jkun ftit imsaħab b’riħ forza 5 b’buffuri forza 6 mill-Majjistral. L-ogħla temperatura tkun ta’ 17°C filwaqt li l-inqas tkunu ta’ 13°C.

Għada l-Ġimgħa wkoll mistenni jibda ftit imsaħħab li jisaħħab ħafna u b’riħ mix-Xlokk forza 3 għal 4. Temperatura l-ogħla tkun 19°C filwaqt li l-inqas tkun 14°C.

Imbgħad is-Sibt, ikun imsaħħab li jisaħħab ħafna kultant b’riħ mill-Grigal forza 5 b’buffuri ta’ forza 6 wara l-11.00pm. L-ogħla temperatura tkun 20°C filwaqt li l-inqas tmiss il-15-il°C

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport