Sunday, May 19, 2024

Ward fl-Isptar Mater Dei jingħalaq temporanjament wara li pazjent jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

Ward 3 tal-Isptar Mater Dei kellha tingħalaq b’mod temporanju bħala miżura prekawzjonali wara li pazjent irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Qed ikun rapportat li l-pazjent inkwisjtoni huwa turist li attenda l-party Hotel Takeover.

Jidher li l-pazjent ma kienx f’kuntatt ma’ pazjenti oħrajn, madankollu tobba u infermieri li ġew f’kuntat miegħu kienu mitlubin li jibqgħu fi kwarantina sakemm jagħmlu s-swab test meħtieġ biex ikun determinat jekk huma ġewx ukoll infettati bil-Covid-19.

Intant il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna tela’ għal 27 wara li llum kien rapportat każ ieħor li jagħmel parti minn cluster ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 mill-party Hotel Takeover.

Sport