Liverpool qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-istilla ta’ Paris St Germain Warren Zaire-Emery fit-tentattiv li jiksbu l-firma tiegħu matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer għandu 18-il sena u jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd. Hu qed jiġi inkluż b’mod regolari mill-kowċ Luis Enrique tant li deher 70 darba filwaqt li skorja ħames gowls.
Il-kowċ ta’ Liverpool Arne Slot kellem lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għal dan il-plejer ta’ nazzjonalita’ Franċiża li hu wkoll regolari mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.