Tuesday, December 24, 2024

“Wasal iż-żmien li l-Awstraljani jingħataw ħajjithom lura”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Awstraljani se jkunu qegħdin jiftħu mill-ġdid l-fruntieri internazzjonali tagħhom wara xhur ta’ għeluq minħabba l-firxa tal-pandemija.

Sa minn Marzu 2020, l-Awstraljani kienu fost l-aktar stretti fid-dinja fejn jidħlu miżuri relatati mas-safar. Tant hu hekk li saħansitra l-Awstraljani stess kienu pprojbiti milli joħorġu mill-pajjiż.

Din il-projbizzjoni kienet imfaħħra għal mod ta’ kif għenet biex setgħet tiġi kontrollata l-firxa tal-pandemija iżda kienet kontroversjali fejn jidħlu l-familji minħabba li bosta familji spiċċaw separati minn qrabathom.

Il-Prim Ministru Scott Morrison qal li wasal iż-żmien li l-Awstraljani jingħataw lura ħajjithom. Huwa żied jispjega li f’dawk l-istati li fihom tintlaħaq ir-rata ta’ 80 fil-mija ta’ persuni mlaqqmin se jkun permess li ċ-ċittadini jivjaġġaw.

Morrison qal li l-ivjaġġar mhuwiex se jkun miftuħ għalissa għat-turisti, iżda li l-gvern qiegħed jaħdem biex it-turisti jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jidħlu fil-pajjiż b’mod sigur.

Ekonomija

Sport