Friday, May 3, 2024

“Wasal iż-żmien li l-uffiċjali għas-saħħa u s-sigurtà jkollhom warrant li tagħmilhom kompatibbli”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Illum għad m’għandniex definit b’ċertezza x’kompetenzi jrid ikollu l-health and safety officer. Min jista’ jipprattika bħala health and safety officer? Jien? Jien inġinier u ma nħossnix kompetenti le li nkun. Min jista’ jaġixxi b’responsabbiltà u b’kapaċità kif għandu jkun? Xi kwalifiċi jrid ikollok?” Iddikjara dan id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus filwaqt li appella lill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi jikkunsidra l-possibbiltà li dawn l-uffiċjali jkollhom ir-rikonoxximent ta’ warrant għax b’hekk jiġu evitati ċirkostanzi ta’ uffiċjali li jaqdu l-irwol mingħajr ma jkunu kwalifikati u jkollhom il-ħiliet meħtieġa. Sostna li xogħolhom huwa li josservaw il-post tax-xogħol u jassiguraw li l-inġenji huma siguri biex jintużaw u għalhekk jekk ma jkunx hemm kompetenzi r-riżultat ikun daqslikieku m’għandek l-ebda uffiċjal.

Id-deputat Nazzjonalista bħala inġinier li jopera f’dan is-settur qal li hawn lakuna kbira ta’ tekniċi kapaċi mhux fl-arkitettura, iżda fis-servizzi tal-bini li hija distinta kompletament. Sostna li t-tim ħolistiku li hemm bżonn huwa ta’ tekniċi u mhumiex biss l-inġiniera imma anke tkeniċi biex ikollna prodott aħjar. Hawnhekk huwa ħeġġeġ lill-Ministru biex jikkordina mal-Ministru Clifton Grima biex il-kors tal-Building Services jerġa’ jibda għax din hija waħda mir-raġunijiet li hawn min qiegħed ikollu jirrikorri għall-ħaddiema barranin. Sostna li mat-twaqqif ta’ dan il-kors qisu ntefa’ s-swiċċ ta’ dawn interessati.

Sport