Friday, April 19, 2024

“Wasal iż-żmien li nieqfu nweġġgħu n-nies” – Il-Ministru Owen Bonnici

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf l-awtorità għall-użu responsabbli tal-Kannabis, il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici qal li dan huwa gvern ta’ riforma li ma jiddejjaqx jibdel l-affarijiet u li minn sfida jibdel l-affarijiet biex jitratta dik l-isfida u jagħmel pajjiż aħjar.

Bonnici qal li meta nitkellmu dwar il-qasam tal-kannabis nkunu qed nitrattaw suġġett li jqanqal ħafna emozzjonijiet. Fost raġunijiet għal din il-bidla, il-Ministru qal li wasal iż-żmien li nieqfu nweġġgħu n-nies billi nikkriminalizzawhom u nirrenduhom oġġett li jgħaddi minn perkors penali li jkun sproporzjonat. Qal li għandna persuni li jagħmlu użu responsabbli tal-kannabis li jgħaddu minn proċess penali li huwa altru milli sproporzjonat. 

Huwa għamilha ċara li persuna tpejjep il-kannabis m’għandux ikun xi dritt tal-individwu, iżda li jara d-drittijiet tiegħu jiġu mnaqqra mhijiex ġusta. Persuna li jitressaq il-qorti jispiċċa b’ismu mxandar fuq l-użu tal-kannabis fost affarijiet oħra.

Realtà oħra li għandna fil-preżent hija li dawk li qegħdin jistagħnew mis-sitwazzjoni huma l-kriminali stess. Dan għax ħafna żgħażagħ qed ikollhom jixtru din is-sustanza mingħand traffikanti ta’ droga li l-bambin biss jaf xi kwalità ta’ droga li jkunu qed jingħataw.

“Inti taħseb li kriminal se joqgħod jiċċekkja l-karta tal-identità tal-persuna li tavviċinah biex tixtri? Inti taħseb li l-kriminal se jistaqsi jekk il-persuna quddiemu għandhiex 18-il sena jew inqas?”, hekk sostna Bonnici filwaqt li spjega li dan qiegħed iwassal biex tfal qed jispiċċaw fil-pussess ta’ din is-sustanza.

Sport