Thursday, March 28, 2024

Football tan-Nisa: Raġel minflok mara bejn il-lasti tat-team nazzjonali tan-nisa tal-Iran?

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tal-football tan-nisa tal-Iran ġie akkużat mir-rivali tal-Ġordan li lagħab raġel bħala goalkeeper waqt il-partita ta’ kwalifikazzjoni tagħhom ta’ Settembru għat-Tazza tal-Asja.

Il-Jordan Football Association (JFA) talbet lill-Asian Football Confederation (AFC) biex tniedi investigazzjoni biex tiddetermina s-sess ta’ Zohreh Koudaei, li salvat żewġ penalties waqt it-trijonf ta’ 4-2 fl-Uzbekistan xahrejn ilu.

Il-president tal-JFA, il-Prinċep Ali Bin Al-Hussein, il-Ħadd ippubblika fuq twitter ittra ‘li titlob verifika tal-ġeneru’ fuq Koudaei, li kienet liebsa hijab waqt il-partita ta’ Settembru.

Hussein iddeskrivieha bħala ‘kwistjoni serja ħafna jekk din hija vera’, u appella lill-AFC biex ‘jagħmlu investigazzjoni mmedjata.

Iżda l-coach tat-team tal-Iran, Maryam Irandoost, ċaħdet l-allegazzjoni u qalet li dan kollu qam biex jgħattu t-telfa tal-favoriti, il-Ġordan.

‘L-istaff mediku eżamina bir-reqqa kull player fit-tim nazzjonali f’termini ta’ ormoni biex jevita kwalunkwe problema f’dan ir-rigward, u għalhekk ngħid lill-partitarji kollha biex ma jinkwetawx,’ qalet Irandoost.

Aħna ser nipprovdu kwalunkwe dokumentazzjoni li tixtieq il-Konfederazzjoni Asjatika tal-Futbol mingħajr ma telf ta’ ħin.’

Koudaei iffaċċjat mistoqsijiet fil-passat dwar is-sess tagħha, kif irrappurtat mix-xandar Sawdi Al Arabiya, u ddefendiet ruħha diversi drabi fil-gazzetti Iranjani fil-passat.

Ir-rebħa tal-Iran, fil-25 ta’ Settembru bil-penalties wara draw ta’ mingħajr goals f’Tashkent, wasslet lit-tim tan-nisa tal-Iran għall-ewwel darba fit-Tazza tal-Asja tan-Nisa.

Madankollu l-ittra tal-JFA, datata 5 ta’ Novembru, semmiet dubji dwar ‘l-eliġibilità ta’ player parteċipanti’.

Allegat ukoll li t-team Iranjan tan-nisa ‘għandu storja bi kwistjonijiet ta’ sess u doping’, u appellat biex jiġi segwit ‘proċess dovut’.

L-ittra tagħti aktar dettalji: ‘Aħna nifhmu li l-verifika tas-sess mhix obbligatorja għall-players parteċipanti, madankollu l-artikolu 47 fir-Regolamenti tal-Kompetizzjoni AFC Women’s Asian Cup India 2022 jirriserva d-dritt li l-AFC tinvestiga u tieħu miżuri xierqa jekk ikun hemm dubju dwar l-eliġibilità ta’ player parteċipanti.’

‘B’kont meħud tal-evidenza mressqa mill-JFA u minħabba l-importanza ta’ din il-kompetizzjoni, nitolbu lill-AFC biex tibda investigazzjoni trasparenti u ċara minn panel ta’ esperti mediċi indipendenti biex jinvestigaw l-eliġibilità tal-player inkwistjoni u oħrajn fit-team.’

Ekonomija

Sport