“Kull min jafni jaf li kelma le ma ngħidha qatt biex ngħin il-kullħadd fejn jidħlu qtates fil- bżonn u nagħmlu minn qalbi ma’ kull rescue jew feeder. Iżda wasalt f’punt li mhux inlaħħaq mal-ispejjeż mediċi li jaslu għandi jew dawk li nkun salvajt jien (rescues)”
Dan kien il-kumment li ta Ackerley Pace, attivist tal-annimali permezz ta’ messaġġ fuq Facebook. Pace irrimarka li b’dispjaċir iżda verita li jirċievi iktar messaġġi biex jgħin flok isib għajnuna.
L-attivist tal-annimali qal ukoll; “Wasalt f’punt li min se jkollu bżonn l-għajnuna tiegħi se tieħdu ħsieb intom bħala individwi għal kontijiet. Ma xtaqtx li nasal għal din iżda hekk kellu jkun”