Birzebbugia………………22
Barracudas………………….4
(4-1, 7-1, 6-1, 5-1)
Birzebbugia rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Barracudas meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 22-4. Din kienet it-tieni rebħa konskeuttiva għal Birzebbugia fuq l-istess Barracudas wara li proprju nhar is-Sibt li għadda fil-cross-overs għelbuhom bl-isksor daqstant ieħor kbir ta’ 26-13.
Birzebbugia rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bl-iskorers għalihom ikunu Malcolm Manara, Darko Brguljan (2) u Balazs Erdelyi minn penalty. Radovan Latinovic skorja l-uniku goal għal Barracudas.
Birzebbugia komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 7-1, bil-goals jaslu minn Ben Grech, Keith Tanti minn man-up wara li tkeċċa Andrew Magri, Peter Borg, Balazs Erdelyi, Miguel Curmi u Neil Cassar. Radovan Latinovic reġa’ sab ix-xibka għal Barracudas.
It-team minn Nofsinhar ta’ Malta mmexxi mill-coach Pierre Borg rebaħ ukoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 6-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Keith Tanti minn penalty, Jacob Sciberras (2), Balazs Erdelyi, Darko Brguljan u Peter Borg. Ivan Gusarov skorja l-goal waħdani għal Barracudas.
Birzebbugia rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Miguel Curmi (3) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Balazs Erdelyi u Dwayne Farrugia. Radovan Latinovic minn penalty wieġeb għal Barracudas.
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (2), 3-Neil Cassar (1), 4-Ben Grech (1), 5-Darko Brguljan (3), 6-Malcolm Manara (1), 8-David Cuatjar, 9-Balazs Erdelyi (5), 10-Keith Tanti (2), 11-Giuseppe Mannino, 12-Miguel Curmi (4), 13-David Cleavon Borg, 14-Jacob Sciberras (2), 15-Dwayne Farrugia (1) Coach: Pierre Borg
Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Ascanio Piccione, 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino, 7-Ivan Gusarov (1), 8-Radovan Latinovic (3), 9-Charles Bugeja, 10-Simon Apap, 11-Aleandro Mifsud, 12-T. J. Mifsud, 13-Max Borg, 14-Thomas Perici Ferrante, 15-William Ruggier Coach: Keith Grima Scott
Referees: Ronnie Spiteri, Alessandro Severo