Ritratt: Christine Borg
Marsaxlokk ……….6
Exiles ………………16
(2-5, 0-4, 0-4, 4-3)
Wara d-diżappunt li naqsu li jikkwalifikaw għall-Kampjonat Premier għall- ewwel darba f’10 snin, Exiles, wettqu reazzjoni tajba meta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor kbir ta’ 16-6, biex taw indikazzjoni ċara li se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
Exiles għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals jaslu mill-captain Kurt Grsusti (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Max Aquilina (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Zach Micallef u Timmy Sullivan ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Matteo Martellacci.
Fit-tieni sessjoni, Exiles ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom hekk kif skorjaw erba’ goals mingħajr risposta, bl-iskorers tagħhom ikunu Sean Xerri De Caro, Jake Bajada minn man-up wara li tkeċċa Sebastian Busuttil, Max Aquilina u Nicky Paris.
Fit-tielet sessjoni, Exiles reġgħu ttrijonfaw bl-istess skor li bih rebħu t-tieni sessjoni jiġifieri dak ta’ 4-0, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Nicky Paris, Kurt Griscti minn man-up wara li tkeċċa Luigi Mallia, Mark Feneh u David Fenech,
Bir-rebħa diġá aċċertata, Exiles naqsu ftit mir-rendiment tagħhom fl-aħħar sessjoni u fil-fatt ġew megħluba mix-Xlukkajri b’punteġġ ta’ 4-3, bl-iskorers għat-team immexxi mill-coach Joe Cremona jkunu Matteo Cacici, Sebastian Busuttil, Karl Cauchi minn penalty u Zach Micallef minn man-up wara li tkeċċa David Fenech. Timmy Sullivan, David Fenech u Jake Bajada wieġbu għal Exiles.
Marsaxlokk: 1-Benji Busuttil, 2-Matthew Pace, 3-Sebastian Busuttil, 4-Matteo Martellacci (1), 5-Sebastian Busuttil (1), 6-Luke Saliba, 7-Joseph Galea, 8-Kyle Cremona, 9-Zach Micallef (1), 10-Rainer Scerri, 11-Matteo Cacici (1), 12-Jadyn Portelli (1), 13-Frederick Buhagiar, 14-Luigi Mallia, 15-Karl Cauchi (1) – Coach: Joe Cremona
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba, 3-Simon Apap, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (2), 6-Sean Xerri De Caro (1), 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti (3), 9-Nicky Paris (2), 10-Jake Bajada (2), 11-Max Aquilina (3), 12-David Fenech (2), 13-Gianluca Borg Coach: Aurelien Cousin
Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca