Saturday, June 29, 2024

Waterpolo: Hemm nukleu ta’ tfal li għandhom talent enormi – Jonathan Valletta

Aqra wkoll

minn Cristian Muscat

Jonathan Valletta hu l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo fil-kategorija ta’ taħt is-16-il sena li ħa sehem fil-kamjponati mondjali li saru f’Malta. It-tim irreġistra s-17-il post minn 32 nazzjon, pożizzjoni sodisfaċenti meta tqis li kien hemm numru ta’ nazzjonijiet li kollha kellhom il-potenzjal meħtieġ. Deċiżiva kienet il-logħba għas-17 u t-18-il post kontra l-Iżrael li ż-żgħażagħ Maltin rebħu 11-8.

Dan is-sit ħa l-kummenti ta’ Jonathan Valletta wara dan il-kampjonat tant impenjattiv li kellhom.

Irnexxielkom tiksbu suċċess inkredibbli bis-17-il post f’din il-kompetizzjoni mondjali li kienet ferm ikkontestata. X’kien is-sigriet ta’ dan is-suċċess?

Nibda biex ngħid li ma kinitx biċċa xogħol faċli biex wasalna għal din il-pożizzjoni. Tlajna fi grupp iebes ħafna li kien jinkludi lill-Każakistan, ir-Rumanija u l-Greċja. Tinsiex li kien hemm biss tim wieħed li kien seeded u t-timijiet li ltqajna magħhom kienu tajbin ħafna. Minkejja kull diffikulta’ li stajna affaċċjajna, kellna s-suċċess tagħna għax għarafna nżommu d-dixxiplina tattika u kien hemm ir-rieda tat-tfal li riedu jirbħu. Nemmen li dawn il-plejers urew id-determinazzjoni meħtieġa u konna żvinturati li ma spiċċajniex aktar ‘il quddiem fir-ranking. Xorta waħda rrid nirringrazzja lil kull wieħed minnhom li tant kellhom dixxiplina tattika u dan għamel ix-xogħol tagħna aħjar.

Nitkellmu logħba logħba dwar dak li ġara. Xi tgħidli dwar il-logħba kontra l-Każakistan?

L-ewwel logħba dejjem tkun waħda diffiċli għax il-plejers żgħażagħ tagħna kienu xi ftit eċitati. Fil-verita’ ma konniex nafu ma’ xiex se niltaqgħu u qatt ma konna lgħabnilhom. Irbaħna din il-logħba bl-iskor ta’ 16-6 u nista’ ngħid li konna pożittivi f’ħafna mil-logħbiet. Wara li għadda dak il-perjodu ta’ eċitament, it-tfal kienu ffukati u mhux ta’ b’xejn li ksibna r-riżultat li ridna. Dan kollu meta tqis li l-istess Każakistan marru tajjeb kontra l-Greċja u r-Rumanija fejn ħabbtu lill-avversarji tagħhom u xejn ma sabuha faċli bit-tenaċita’ li kellhom. Għalina ma kinitx l-aħjar logħba tagħna iżda l-importanti li ksibna r-rebħa.

It-tieni logħba kienet kontra r-Rumanija fejn konna xi ftit sfortunati li ma ksibna xejn minnha. X’tikkummenta dwar din il-logħba?

Ir-Rumeni hu tim b’saħħtu ħafna u lgħabnilhom is-sena l-oħra. Dakinhar konna rbaħnilhom u kollox ġiena tajjeb. Din id-darba kienet iktar diffiċli, tlifna 12-11. Kien hemm mument fejn konna qed nitilfu sew u rkuprajna b’ħames gowls. Kellna żewġ żbalji individwali li affettwaw il-logħba. Żball ieħor fid-difiża iddetermina r-riżultat finali.

Kellna t-tielet konfront kontra l-Greċja li b’xorti ħażina tlifnih ukoll.

Iva tlifna din il-logħba bl-iskor ta’ 8-4. Is-sena l-oħra dan it-tim qawwi ġie fit-tieni post u nafu li huma jinsabu fi klassi għalihom. It-tim hu wieħed tajjeb u naħseb li skor li ġibna hu wieħed rispettabbli ħafna. Kuntent li fl-ebda mument ma konna dominati għax aħna kellna kontrattakki tajbin li ssarfu f’erba’ gowls.

Madankollu pattejna għal dawn iż-żewġ telfiet konsekuttivi meta rbaħna lill-Messiku 22-8. Nimmaġina li kont kuntent ħafna b’dan ir-riżultat?

Iva kont kuntent sew, kienet logħba pjuttost faċli u ddominajna kull parti tal-pixxina. Ħadt pjaċir li kien hemm reazzjoni u din issarfet fi 22 gowl. Jien dejjem għedtilhom li għandna nieħdu kull logħba b’konċentrazzjoni massima u ma nagħmlu xejn fatta. Minkejja kollox kelli grupp ta’ żgħażagħ li verament obdew l-istruzzjonijiet tiegħi u jien kuntent ħafna bihom.

Segwiet imbagħad rebha ohra kontra l-Afrika t’Isfel.

Onestament l-Afrika t’Isfel qegħdin f’kontinent ieħor u għalhekk ma tantx konna nafu ħafna fuqhom. Trid tqis li dan l-avversarju tagħna rebħu lill-Kanada u marru tajjeb ferm ma’ timijiet ferm iktar ikkwotati minnhom. Kellna logħba pożittiva u finalment ksibna rebha ohra.

Eżatt wara, wasal suċċess ta’ 8-4 kontra t-Turkija.

Iva naħseb din kienet l-aqwa wirja taż-żgħażagħ tiegħi għax lgħabna kontra tim li s-sena l-oħra spiċċa mal-aqwa tmienja tal-Ewropa. Qabel ma bdiet din il-logħba konna xi ftit jew wisq eċitati kontra tim li għandu plejers ferm qawwija. Plejer partikolari Tork li hu l-moħħ tat-tim ġie mrażżan mill-plejers Maltin u ftit seta’ jagħmel. Żammejna dik id-dixxiplina tattika u kont kuntent bir-reazzjoni.

Din ir-rebħa segwiet oħra li kienet inċidentalment il-finali għas-17 u t-18-il post kontra Iżrael. Hawnhekk irbaħna 11-8. Hu l-każ li l-ewforija tar-rebħa kontra t-Turkija ġarrejniha magħna kontra l-Iżraeljani?

Ejja ngħidu li dejjem ngħid lill-plejers tiegħi biex iżommu saqajhom mal-art. Il-mument li ġġorr l-ewforija tiegħek iżżejjed hu l-mument fejn tibda tiżbalja. Dan ma deherx fil-konfront kontra l-Iżrael. Konna konċentrati anke hawn u b’sodisfazzjon ngħid li spiċċajna fis-17-il post minn 32 tim, pożizzjoni ferm sabiħa meta tqis li lgħabna fi sfera mondjali.

Dan kollu jindika li hemm futur sabiħ għall-waterpolo Malti. Taqbel miegħi?

Naqbel miegħek mija fil-mija. Hemm nukleu ta’ tfal li għandhom talent enormi. M’hemmx xi numri kbar minn dan it-tim nazzjonali taż-żgħażagħ iżda hemm ħafna talent li se nsibuh ‘il quddiem. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-istaff tekniku tiegħi li għenni u kien miegħi tul dan il-kampjonat mondjali ferm twil iżda sodisfaċenti.

‘Hemm nukleu ta’ tfal li għandhom talent enormi’ – Jonathan Valletta

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport