Il-coach tat-team nazzjonali Malti, Karl Izzo, sejjaħ l-iskwadra li se tieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew liema tournament se jsir fi Split, il-Kroazja, minn nhar it-Tnejn li ġej.
Malta se tilgħab l-ewwel partita tagħha kontra t-team ospitu l-Kroazja biex imbagħad wara taffronta lill-Greċja u Franza f’partiti li jidhru ferm diffiċli.
Erba’ players se jkunu neqsin minn dan il-kampjonat minħabba raġunijiet persoali. Dawn huma Stevie Camilleri, Jordan Camilleri, Jake Muscat u Jerome Gabaretta.
L-iskwadra msejħa hija:
1. Jake Tanti (San Ġiljan); 2. Sam Gialanze (Neptunes); 3. Andreas Galea (San Ġiljan); 4. James Gambin (Sliema); 5. Darren Zammit (San Ġiljan); 6. Matthew Zammit (San Ġiljan); 7. Ben Plumpton (San Ġiljan); 8. Nicholas Bugelli (Sliema); 9. Jeremy Abela (Neptunes); 10. Nikolai Zammit (San Ġiljan); 11. Benjamin Cachia (Sliema); 12. Dino Zammit (Sliema); 13. Nicholas Kane Grixti (Sliema); 14. Liam Galea (Sliema).