Saturday, July 20, 2024

Waterpolo: It-tielet sessjoni kruċjali għal Sliema

Aqra wkoll

Sliema………… 16

Sirens….……… 10

(3-2, 2-3, 7-2, 4-3)

Sliema bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 16-10.

Għalihom l-aqwa skorer kien il-Grieg Takis Dimou b’erba’ goals waqt li għal Sirens spikka ferm ir-Russu Daniil Merkulov li wkoll irreġistra poker personali.

Sliema għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’3-2. Sirens wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-istess skor ta’ 3-2. Iżda fit-tielet sessjoni, is-Slimiżi ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom u ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 7-2. Huma rebħu wkoll l-aħħar sessjoni iżda din id-darba b’marġni ta’ goal wieħed biss bi skor ta’ 4-3.

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Zach Mizzi (1), 3-Liam Galea (2), 4-Jamie Gambin, 5-Elijah Schembri (1), 6-Benji Cachia, 7-Jayden Cutajar (3), 8-Daniel Rizzo, 9-John Brownrigg, 10-Andreas Galea (3), 11-Takis Dimou (4), 12-Dino Zammit (1), 13-Matthew Castillo, 14-Jayden Cassar (1) Coach:

Sirens: 1-Matthew Bonello DuPuis, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Peter Borg, 5-Jake Cachia, 6-Kydon Agius, 7-Daniil Merkulov (4), 8-Isaiah Riolo (2), 9-Jerome Zerafa Gregory (1), 10-Gianni Farrugia (1), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Joseph Parnis, 14-Mattias Ortoleva (1) Coach: Ranko Perovic

Referees: Valerio Volpani, Ronnie Spiteri

Ekonomija

Sport