Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg
Neptunes………………….. 12
Marsaskala………………….. 6
(5-0, 1-1, 3-2, 3-3)
Neptunes aċċertaw minn post fil-finali tan-Knock-Out bl-avversarji jkun u San Ġiljan … sa tmiem l-ewwel sessjoni meta diġá kienu skorjaw ħames goals mingħajr risposta fir-rebħa ta’ 12-6 fuq Marsaskala.
Madankollu mit-tieni sessjoni Neptunes bħal donnhom irrilassaw bil- konsegwenza li ma baqgħux juru dik is-supremazija.
B’hekk wara r-rebħ tal- kampjonat għas-27 darba issa se jkunu qed ifittxu li jiksbu d-double.
Għal Neptunes spikka Jordan Camilleri li rreġistra hat-trick personali waqt li għal Marsaskala l-aqwa skorer kien il-veteran Paul Privitera li wkoll skorja tliet goals.
Ta’ nota huwa l-fatt li Neptunes kellhom lil Gabriel Pace nieqes minħabba injury fi spalltu.
Neptunes ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-0 bil-goals jaslu minn Jordan Camilleri (3), Sam Gialanze u Jake Muscat.
Bir-rebħa diġá assigurata, Neptunes naqqsu ftit mir-rendiment tagħhom fit-tieni sessjoni u fil-fatt sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 b’Jeremy Abela jiskorja għalihom filwaqt li Paul Privitera wieġeb għalihom.
Neptunes irritornaw għar-rebħ fit-tielet sessjoni meta ttrijonfaw bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Stevie Camilleri, Jake Muscat u Sam Gialanze. Paul Privitera u Jake Ciantar wieġbu għall-Iskalin.
L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3, bl-awturi tal-goals għal Neptunes ikunu Jeremy Abela u Alec Fenech (2). Gerald Sammut, Paul Privitera minn man-up wara li tkeċċa Michael Spiteri Staines, u Jake Ciantar wieġbu għat-team minn nofsinhar ta’ Malta.
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (2), 3-Luke Calleja, 4-Gabriel Pace, 5-Mark Castillo, 6- James Spiteri Staines, 7-Stevie Camilleri (1), 8-Jordan Camilleri (3), 9-Jeremy Abela (2), 10-Michael Spiteri Staines, 11-Alec Fenech (2), 12-Sam Gialanze (2), 13-Andrew Bugeja, 14-Ryan Galea, 15-Max Farrugia – Coach: Jovan Popovic
Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Paul Privitera (3), 5-Gerald Sammut (1), 6-Liam Grixti, 7-Gianluca Galea, 8-Malcolm Manara, 9-Stephen Micallef, 10-Luca Felice, 11-Jake Ciantar (2), 12-Mark Carani, 13-Aiden Muscat – Coach: Arpad Babay