Wednesday, April 24, 2024

Mara ta’ 30 sena tindarab gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Mara ta’ 30 sena residenti l-Imsida sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30p.m. fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Volkswagen Polo, u ħabtet ma’ karru ta’ dgħajsa u ma’ vettura tat-tip Renault Captur, li kienu pparkjati, u ġo faċċata ta’ residenza.

B’konsegwenza ta’ dan l-impatt, il-karru ta’ dgħajsa, li kien jinsab imqabbad ma’ vettura Suzuki Santana, baqa’ dieħel ġo drive-in ta’ garaxx filwaqt li r-Renault spiċċat f’nofs tat-triq.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet ċċertifikata li weġġgħet gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport