Wednesday, March 27, 2024

Il-PM Abela żied il-fiduċja fost l-elettorat

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela kompla jżied il-fiduċja fost l-elettorat.

Dan ħareġ minn stħarriġ ikkumissjonat minn Times of Malta li għadu kif ġie ppubblikat.

Minn dan l-istħarriġ ħareġ il-fatt li kompla jikber id-distakk bejn dawk li javdaw lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

48.5% tal-parteċipanti f’dan l-istħarriġ għażlu lil Prim Ministru Robert Abela bħala l-iktar wieħed ideali. Dan fisser żieda ta’ 4.1% fuq ix-xahar li għadda. Fl-istess waqt il-fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni Grech naqset b’1.1 punti perċentwali.

Dawn ir-riżultati juru li d-distakk bejn Robert Abela u Bernard Grech kompla jiżdied u issa huwa ta’ 33%. Sa Lulju din id-differenza kienet ta’ 27%.

Aktar minn wieħed minn kull tliet votanti Laburisti qalu li għoġbuhom il-policies kollha tal-partit, b’ħafna oħrajn isemmu wkoll is-sistema nazzjonali tas-saħħa, l-ekonomija u l-immaniġġjar tal-partit fir-rigward tal-pensjonijiet u l-impjiegi bħala fatturi inkoraġġanti li kompla jimmotivahom biex jagħżlu lill-PL. Dawn il-fatturi kollha ma nbidlux fil-biċċa l-kbira tagħhom mix-xahar ta’ qabel.

L-istħarriġ juri li l-appoġġ għall-partiti żgħar baqa’ negliġibbli.

Ekonomija

Sport