Friday, November 15, 2024

Waterpolo: L-ewwel sessjoni determinanti għal Marsaxlokk kontra Barracudas

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk………. 12

Barracudas……….. 7

(6-0, 2-2, 3-1, 1-4)

Marasaxlokk ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Barracudas bl-iskor kbir ta’ 12-7, fejn għalihom spikka ferm il-player Ryan Galea li skorja sitt goals jiġifieri nofs il-goals tagħhom. Kellu logħba taj­ba wkoll ukoll Max Zammit li rreġistra poker personali.

Barracudas wettqu reaz­zjoni tard wisq fil-partita meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-1.

Marasxlokk rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-0 bil-goals għalihom jaslu minn Ryan Galea (4) u Max Zammit (2).

Bir-rebħa diġá assigurata, Marsaxlokk naqsu xi ftit mir-rendiment tagħhom fit-tieni sessjoni u sfaw miżmuma fi draw ta’ 2-2, bl-iskorers għalihom ikunu Julian Valletta u Ryan Ga­lea. Dan sabiex Ryan Sciortino u Sean Aquilina wieġbu għal Barracaudas.

Ix-Xlukkajri rritornaw għar-rebħ fit-tieni sessjoni meta għamlu dan bl-iskor ta’ 3-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Max Zammit (2) u Luke Saliba. Dean Ciantar skorja l-uniku goal għal Barracuadas.

Barracudas wettqu reaz­zjoni tajba fl-aħħar sessjoni u trijonfaw bl-iskor ta’ 4-1, bl-iskorers għalihom ikunu Luke Galea minn penalty, Dean Ciantar, Andrew Magri u Aleandro Mifsud. Ryan Galea skorja l-uniku goal għal Marsaxlokk.

Marsaxlokk: 1-Sam Mif­sud, 2-Russell Spiteri, 3- Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit (4), 8-Luigi Mallia, 9-Luke Saliba (1), 10-Ryan Galea (6), 11-Julian Valletta (1), 12- Alistair Cook, 13-Miguel Farrugia, 14-Enrico Mallia, 15-Timmy Agius – Coach: Nenad Navarin

Barracudas: 1-Matthew Gouder, 2-Ascanio Piccione, 3-Andrew Magri (1), 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar (2), 6-Ryan Sciortino (1), 7-Sean Aquilina (1), 8-Luke Galea (1), 9-Dalton Camilleri, 10-Sean Camilleri, 11-Jeremy Bugeja, 12-T. J. Mifsud, 13- Claude Bugeja, 14-Nigel Ca­menzuli, 15-Aleandro Mifsud (1) – Coach: Michael Scerri

Referees: Aldo Rovandi, Stefan Licari

Ekonomija

Sport