Tuesday, June 10, 2025

Waterpolo: Malta tibda l-impenji b’rebħa kontra l-Ukrajna

Aqra wkoll

Malta………….13

Ukrajna………11

(5-2, 2-3, 2-4,4-2)

F’partita ferm bilanċjata minn Grupp D ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo, Malta bdiet l-impeniji tagħha b’rebħa meta għelbet lill-Ukrajna bl-iskor ta’ 13-11.

Għal-Maltin spikka ferm il-captain Stevie Camilleri li rreġistra poker personali, kif ukoll il-goalkeeper Jake Tanti li wettaq saves deċisivi speċjalment lejn l-aħħar tal-partita biex ċaħħad lill-Ukreni milli joħorġu mill-pixxina almenu b’riżultat ta’ draw.

Malta terġa’ tkun impenjata nhar it-Tlieta kontra l-Portugall f’partita li tibda fis-7.30pm, u li se tkun qed tintlagħab fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Malta: J. Tanti, J. Muscat, L. Galea 1, B. Cachia 1, S. Gialanze, M. Zammit 3, S. Camilleri 4, J. Cutajar 2, J. Abela, N. Zammit 1, D. Zammit, J. Bonavia 1, B. Busuttil, E. Schembri Coach: Milan Cirovic

Ukrajna: K. Nikolskyi, O. Veklyuk 1, Y. Artsyshevskyy, D. Ashanin 5, D. Rakitin, R. Gryshchuk 1, D. Sokolov 1, C. Ahadzhanov, D. Gusakov 1, K. Alieksieiev 1, A. Labyk 1, I. Liuninskyi, V. Kovtun, V. Voitenko

Referees: M. Gerasimov (Ingilterra), L. Krol (Polonja)

Logħob li jmiss:

It-Tlieta 10 ta’Ġunju 2025: 

6pm                 Franza v Ukrajna

7.30pm            Malta v Portugall

Riżultat ieħor: Franza v Portugall 19-7

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport