Malta temmet il-fażi tal-gruppi tal-kampjonati Ewropej b’punti massimi bi tliet rebħet minn tliet logħbiet meta fl-aħħar logħba għelbet lil Georgia bl-iskor konvinċenti ta’ 13-8.
Il-gowls għall-Maltin waslu minn doppjetta personali ta’ Max Lanzon, Sam Emgerer, Luigi Dimech u Giancarlo Gatt u gowl kull wieħed għal Miguel Cassar, Sean Mifsud, Jayden Cutajar, Julian Chircop u Enrico Mallia.