Saturday, December 21, 2024

Waterpolo: Malta ttemm l-impenji b’telfa kbira kontra l-Olanda

Aqra wkoll

Malta……………….7

Olanda…………..22

(1-5, 4-5, 1-5, 1-7)

Malta temmet l-impenji tagħha fl-iSportMalta Christmas International Tournament 2023 b’telfa kbira ta’ 22-7 kontra l-Olanda. B’hekk, it-team nazzjonali Malti spiċċa fil-qiegħ tal-klassifika ta’ dan it-tournament ta’ ħbiberija mingħajr ebda punt.

Kien mistenni ferm iktar mill-Maltin speċjalment wara l-wirja pożittiva fil-jum preċedenti kontra Franza fejn il-Maltin sfaw megħluba bl-iskor ta’ 15-11. Madankolu, il-Maltin dehru traskurati speċjalment fil-passes tagħhom, u kawża ta’ hekk ġew ikkastigati mill-qawwa Olandiża.

L-Olandiżi rebħu r-raba’ sessjonijiet kollha, bl-aqwa skorer għalihom ikun il-player Kas Te Riele, li skorja xejn inqas minn sitt goals, filwaqt li l-aqwa skorer għall-Maltin kien Jake Muscat li rreġistra hat-trick personali.

Il-coach Montenegrin tat-team nazzjonali Malti, Milan Cirovic, għażel li jħalli barra  lit-tliet players Mark Castillo, Jayden Cutajar u Ben Plumpton.

L-Olanda għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni biskor ta’ 5-1, bil-goals jaslu minn Bilal Gbadamassi, Lars Ten Roek, Kas Te Riele minn penalty, Sam Van Den Burg u Tom De weerd. Liam Galea skorja l-uniku goal għall-Maltin.

Fit-tieni sessjoni, daħal jiddefendi l-lasti Maltin il-goalkeeper ta’ Valletta, Benji Busuttil, fejn ħa post il-goalkeeper titolari, Jake Tanti. F’din is-sessjoni, l-Olandiżi ħarġu rebbieħa bl-iskor strett ta’ 5-4, bl-iskorers  ikunu Kas Te Riele (3) bit-tielet goal għalih jasal minn penalty, Guus Van Ijperen u Lars Ten Roek minn penalty. Dan filwaqt li għal pajjiżna wieġbu Jake Muscat, Nikolai Zammit, Nicholas Bugelli u Matthias Azzopardi minn back-hand stupend.

L-Olandiżi komplew jixxalaw hekk kif rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Tim De Mey (2), Guus Van Ijperen u Tom De weerd (2). Jake Muscat skorja l-uniku goal għal pajjiżna.

L-Olandiżi komplew jiddominaw u rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor kbir ta’ 7-1, bil-protagonisti jkunu Kas Te Riele (3), Tom De weerd (2) u Lars Ten Roek (2). Is-solitu Jake Muscat wieġeb għal pajjiżna.

Malta: 1-Jake Tanti, 2-Alec Fenech, 3-Liam Galea (1), 4-Jerome Zearfa Gregory, 5-Sam Gialanze, 6-Gianni Farrugia, 7-Jake Muscat (3), 8-Jake Bonavia, 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Benji Busuttil, 14-Matthias Azzopardi (1), 15-Jake Cachia Coach: Milan Cirovic

Olanda: 1-Ted Huijsmans, 2-Bilal Gbadamassi (1), 3-Jeroen Rouwenhorst, 4-Flemming Kastrop, 5-Guus Van Ijperen (1), 6-Tim De Mey (3), 7-Kas Te Riele (6), 8-Jesse Nispelling, 9-Jorn Muller, 10-Tom De weerd (5), 11-Jesse Koopman, 12-Lars Ten Roek (4), 13-Joran Westerweld, 14-Sam Van Den Burg (1), 15-Mart Van Der Weijden Coach: Harry Van DerMeer

Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari  

Ekonomija

Sport