Saturday, June 22, 2024

Waterpolo: Neptunes jibdew l-istaġun fuq nota mill-aktar pożittiva

Aqra wkoll

Otters…………………….9

Neptunes………………19

(0-5, 4-5, 3-4, 2-5)

Neptunes bdew l-istaġun fuq nota pożittiva meta għelbu lil Otters bl-iskor ta’ 19-9.

Għalihom spikka ferm il-player Stevie Camilleri li skorja ħames goals, waqt li għal Otters l-aqwa skorer kien Peter Smiljevic, li skorja xejn inqas minn ħames goals.

It-team mill-Balluta għamel l-intenzjonijiet tiegħu ċari mal-ftuħ tal-partota u rebaħ l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Fit-tieni sessjoni Otters wettqu reazzjoni tajba fejn skorjaw erba’ goals iżda xorta waħda sfaw megħluba bl-iskor ta’ 5-4.

Neptunes rebħu t-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-3 waqt li trijonfaw ukoll fir-raba’ u l-aħħar sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 5-2.

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna, 4-Tom Milne, 5-Mark Meli, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech (1), 10-Peter Smiljevic (7), 11-Matthew Farrugia, 12-Andrew Dimech (1), 13-Mattia Grech, 14-Kenneth Micallef Coach: Mijat Mijatovic

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Dimitrii Kholod (1), 3-Sam Gialanze (3), 4-Gabriel Pace (1), 5-Jordan Camilleri, 6-Luigi Mallia, 7-Stevie Camilleri (5), 8-Mark Castillo (1), 9-Jake Muscat (3), 10-Jake Bajada (1), 11-Alec Fenech (3), 12-Enrico Mallia (1), 13-Marco Rossi, 14-Dean Bugeja Coach Aleksander Ciric

Referees: Peter Balzan, Alessandro Naccar

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport