Wednesday, August 26, 2026
Home Sport Waterpolo: Neptunes u Birżebbuġa jistgħu jissiġillaw il-kampjonat illum

Waterpolo: Neptunes u Birżebbuġa jistgħu jissiġillaw il-kampjonat illum

0
41
Ritratt: Mark Mangion

Illum fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, Neptunes u Birżebbuġa jistgħu jsiru champions tal-BOV Kampjonat tas-Sajf tal- Premier League u tal-Ewwel Diviżjoni.

Iż-żewġ timijiet rebħu l-ewwel logħba minn tlieta u jekk jirbħu llum l-unuri jkunu tagħhom. It-tnejn li huma spiċċaw l-impenji tagħhom b’distakk ta’ sitt punti fuq l-istess avversarji.

Neptunes se jiltaqgħu kontra Sliema wara rebħa 18-15 fl-ewwel logħba li fiha kienu l-aħjar team meta l-aqwa player tagħhom, Stevie Camilleri, kien f’burdata stupenda tant li skorja sitt goals.

Miegħu għandu lill-internazzjonali żgħażagħ, Max Lanzon, Sam Gialanze, Julian Valletta u Jake Bajada kif ukoll il-barrani, Ivan Nagaev u Marko Zuvela.

Sliema jridu jqumu għall-okkażjoni meta għandhom players bħal Liam Galea, Jayden Cutajar, Benji Cachia, Elijah Schembri, Julian Chircop u Sam Engerer li għandhom jikkumplimentahom it-Taljan, Fran­ces­co Di Fulvio.

Birżebbuġa għelbu lil Marsaxlokk 22-15 u għalhekk jibdew favoriti li jirbħu t-titlu. Huma se jibdew fis-6.15 pm u Neptunes v Sliema fis-7.30 pm.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here