Minn Cristian Muscat
San Ġiljan………..20
Marsaskala………..2
(7-1, 6-0, 6-1, 1-0)
Kienet iktar donnha sessjoni ta’ taħriġ, il-partita li rat lil san Ġiljan jumiljaw lil Marsaskala meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 20-2.
Għalihom impressjona ferm il-player żagħżugħ Nikolai Zammit li rreġistra poker personali.
San Ġiljan aċċertaw mir-rebħa sa tmiem l-ewwel sessjoni meta ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 7-1, bl-iskorers ikunu Ben Plumpton (2), Andreas Galea, Jake Bonavia (2), Nikolai Zammit u Darren Zammit. Gerald Sammut skorja l-goal waħdani għal Marsaskala.
Is-Saints ttrijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni meta din id-darba skorjaw sitt goals mingħajr risposta permezz ta’ Matthias Ortoleva (2), Andreas Galea minn penalty, iż-żagħżugħ Nathan Bonavia, il-captain Matthew Zammit u Nikolai Zammit.
Fit-tielet sessjoni l-Ġiljaniżi komplew jixxalaw hekk kif skorjaw sitt goals għal wieħed tal-Iskalin.
L-iskorers kienu Nikolai Zammit (2), Darren Zammit, Nico Schiavone, Jake Bonavia u Ben Plumpton. David Pace Lupi skorja l-goal waħdani għal Marsaskala.
Bir-rebħa tkun diġá ilha assigurata, San Ġiljan naqsu ftit mir-rendiment tagħhom fl-aħħar sessjoni fejn fil-fatt rebħuha biss bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Darren Zammit.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea (2), 4-Nico Schiavone (1), 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton (3), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia (3), 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit (3), 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (2), 15-Nathan Bonavia (1) – Coach: Zeljko Kovacic
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar, 12-Mark Carani, 13-Aidan Musact – Coach: Arpad Babay
Referees: Alessandro Roberti, Peter Balzan