Friday, November 15, 2024

Waterpolo: San Ġiljan fil-finali tan-Knock-Out tal-Premier b’wirja ta’ karattru

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġiljan……………………………… 11

Sirens………………………………………. 7

(3-2, 3-2, 1-1, 4-2)

San Ġiljan ipproduċew wirja ta’ karattru biex għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 11-7, u b’hekk kisbu l-passaġġ għall-finali tan-Knock-Out tal-Premier.

Madankollu, ħlief għar-raba’ u l-aħħar sessjoni, fejn safa megħlub b’distakk ta’ żewġ goals, u s-Saints fallew ukoll penalty mogħti mill-captain Matthew Zammit, it-team minn San Pawl il-Baħar irnexxielu jżomm il-pass tal-avversarji għall-ħinijiet twal fil-partita biex kompla jikkonsolida staġun ferm pożittiv fejn sa issa ħabbat bis-sħiħ kemm lil San Ġiljan kif ukoll lill-ġirien iżda rivali Neptunes, għalkemm qatt ma rnexxielu jittrijonfa.

M’hemmx dubju li dan it-team kompost minn players żgħażagħ għad jimpressjona fil-futur. F’din il-partita, finalment l-esperjenza wiesa’ li jippossjedu l-players ta’ San Ġiljan għamlet id-differenza kollha.

Għall-Ġiljaniżi spikkaw ferm Nikolai Zammit u Ben Plumpton li rreġistraw hat-trick personali. Dan filwaqt li għal Sirens l-aqwa skorer kien John Napier b’żewġ goals.

San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Matthew Zammit, Darren Zammit u Andreas Galea. John Napier u Mikhael Cutajar wieġbu għal Sirens.

San Ġiljan ittrijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni bl-is­tess skor li bih rebħu l-ew­wel sessjoni jiġifieri dak ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu Nikolai Zammit (2) u And­reas Galea. Il-goals tat-team mnn San Pawl il-Baħar ġew skorjati minn John Napier u Paul Serracino.

Fit-tielet sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 1-1, b’Jacob Sciberras jiskorja għal Sirens waqt li Matthew Zammit iwieġeb għall-Ġiljaniżi.

San Ġiljan ħadu r-riedni tal-logħba f’idejhom fir-raba’ sessjoni meta ħarġu rebbieħa b’punteġġ ta’ 4-2, fejn għa­lihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskor­ers Darren Zammit, Ben Plumpton (2) u Nikolai Zammit. Jerome Zerafa Gregory u Gianni Farrugia skorjaw iż-żewġ goals għal Sirens.

Żewġ minuti mit-tmiem tal-partita Matthew Zammit falla pe­nalty għall-Ġiljaniżi hekk kif il-ballun ħabat maż-żewġ lasti.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea (2), 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit (2), 7-Ben Plumpton (3), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (3), 11-Darren Zammit (1), 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva, 15-Nathan Bo­navia – Coach: Zeljko Kova­cic

Sirens: 1-Thomas Mical­lef, 2-Paul Serracino (1), 3-Ken Erdogan, 4-Jacob Sciberras (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier (2), 10-Mikhael Cutajar (1), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi, 13-Matthew Bonello, 14-Gabriel Melillo, 15-Kydon Agius Dupuis – Coach: Marko Orlovic

Referees: Alex DeRaffaele, Raffaele Colombo

Ekonomija

Sport