Minn Cristian Muscat
San Ġiljan……………..11
Sliema…………………….9
(4-1, 5-4, 1-1, 1-3)
San Ġiljan rebħu l-konfront dirett tant mistenni kontra Sliema bl-iskor ta’ 11-9.
Għalihom l-aqwa skorer kien Nikolai Zammit li rreġistra poker personali filwaqt li għas-Slimiżi, Liam Galea, Jamie Gambin u Dino Zammit li skorjaw żewġ goals kull wieħed.
Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals jaslu minn Ben Plumpton, Andreas Galea (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn mna-up wara li tkeċċa Zach Mizzi u Nicholas Bugelli. Jamie Gambin minn man-up wara li tkeċċa Nikolai Zammit kien ġab l-iskor indaqs momentarjament għal Sliema.
Il-partita kompliet tisbieħ u s-Sanits rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor strett ta’ 5-4, bl-iskorers ikunu Nikolai Zammit (3) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Zach Mizzi, Mattias Ortoleva minn man-up wara li tkeċċa Jamie Gambin u l-captain Matthew Zammit għal darb’oħra minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara Ii reġa’ tkeċċa Jamie Gambin. Dan sabiex għas-Slimiżi wieġbu l-istess Jamie Gambin minn man-up wara li tkeċċa Andreas Galea, Dino Zammit, Liam Galea minn penalty u Jayden Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Nico Schiavone.
Fit-tielet sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 1-1, bis-solitu Nikolai Zammit jiskorja għall-Ġiljaniżi, waqt li Dino Zammit wieġeb għas-Slimiżi.
Sliema wettqu reazzjoni tajba fl-aħħar sessjoni iżda dan kien tard wisq għalihom biex almenu joħorġu b’punt mill-partita meta trijonfaw bl-iskor ta’ 3-1. L-awturi tal-goals ghalihom kienu Matthew Mifsud minn man-up wara li tkeċċa Mattias Ortoleva, Liam Galea u John Brownrigg. Iż-żagħżugħ Russell Caruana minn man-up wara li tkeċċa John Brownrigg skorja l-goal waħdani għal San Ġiljan.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea (2), 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana (1), 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton (1), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (1), 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Matthew Mifsud (1), 3-Liam Galea (2), 4-Daniel Rizzo, 5-Mark Meli, 6-Benji Cachia, 7-Jayden Cutajar (1), 8-Kieyan Borg, 9-John Brownrigg (1), 10-Jamie Gambin (2), 11-Zach Mizzi, 12-Dino Zammit (2), 13-André Theuma Coach: Beto Fernandez
Referees: Aldo Rovandi, Alex De Raffaele