Tuesday, April 23, 2024

Waterpolo: San Ġiljan jirbħu n-Knock-Out tan-Nisa

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġiljan….. 10

Sliema ………. 9

(3-2, 2-3, 2-3, 3-1)

F’partita bilanċjata San Ġiljan rebħu n-Knock-Out tan-Nisa meta fil-finali għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 10-9.

Kienu Sliema li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Francesca Paolella, Yara Bo­nett u Louise Cachia. Alyssa Diacono u Elena Borg wieġbu għall-Ġiljaniżi.

Iżda l-Ġiljaniżi wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni 3-2 bl-iskorers ikunu Michela Zammit, Alyssa Diacono u Elena Borg. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals għas-Slimiżi waslu minn Lisa Fenech u Louise Cachia.

Il-partita kompliet tisbieħ bl-emozzjonijiet ma jonqsux bi Sliema jirbħu t-tielet ses­sjoni bl-istess punteġġ li bih ittrijonfaw fl-ewwel waħda jiġifieri dak ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals ikunu Francesca Paolella (2) u Yara Bonett.

Iż-żewġ goals għat-team immexxi mill-coach Gordon Zammit waslu minn Alyssa Diacono u Michela Zammit.

Bl-iskor jibqa’ nċert, ir-raba’ sessjoni kienet se tkun deċiżiva hekk kif il-Ġiljaniżi rebħuha bl-iskor ta’ 3-1 biex finalment kienu huma li għollew it-tazza.

L-iskorers għalihom kienuNadia Azzopardi u Alyssa Diacono (2). Karla Camilleri skorjat l-uniku goal għal Sliema.

San Ġiljan: 1-Stephanie Tanti Desjardins, 2-Nadia Azzopardi (2), 3-Bernardette Vassallo, 4-Michela Bonello Ghio, 5-Elena Borg (1), 6-Ella Miceli, 7-Abby Bonello (2), 8-Martina Darmanin, 9-Alyssa Diacono (3), 10-Daryl Azzopardi, 11-Michela Zammit (2), 12-Shanice Cassar, 13-Kristina Xuereb – Coach: Gordon Zammit

Sliema: 1-Kursty Plumpton, 2-Karla Camilleri (1), 3-Sarah Figallo, 4-Lisa Fenech (1), 5-Amber Restall, 6-Louise Cachia (2), 7-Francesca Paolella (3), 8-Sophie Camilleri, 9-Kaylen Cutajar, 10-Eyla Schembri, 11-Yara Bonett (2), 12-Andria Friigieri, 13-Melania Micallef – Coach: Joe Sciortino

Referees: Luca Bianco, Alex De Raffaele

Sport