Valletta…………….14
Sirens……………….17
(3-6, 3-5, 2-4, 6-2)
Sirens waqqfu l-mixja pożittiva ta’ Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 17-14.
Sirens rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bil-goals għalihom jaslu minn Pietro Figlioli (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Ivan Nagaev, Matthias Pasztor minn penalty, Gabriel Melillo (2) u Jake Cachia. Ivan Nagaev minn penalty u Andrija Vlahovic (2) biż-żewġ goals għalih jaslu minn man-up, l-ewwel wara li tkeċċa Matthias Pasztor u mbagħad meta tkeċċa Gianni Farrugia wieġbu għall-Beltin.
Sirens rebħu wkoll it-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Pietro Figlioli (2), Gianni Farrugia, Matthias Azzopardi u Matthew Sciberras minn man-up wara li tkeċċa Andrija Vlahovic. Ivan Nagaev (3) bl-ewwel żewġ goals tiegħu jaslu wara li tkeċċew Matthias Azzopardi u
Ken Erdogan rispettivament, wieġeb għat-team mill-belt kapitali.
It-team minn San Pawl il-Baħar ittrijonfa wkoll fit-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-2 bl-awturi tal-goals ikunu Matthias Pasztor, Gabriel Melillo, Jerome Zerafa Gregory minn man-up wara li tkeċċa Stephen Micallef u Gianni Farrugia. Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev irrispondew għal Valletta.
Il-Beltin wettqu reazzjoni mill-aqwa fl-aħħar sessjoni u ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 6-2, bl-iskorers ikunu Ivan Nagaev (3) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Matthias Pasztor, Andrija Vlahovic, Mark Demarco minn man-up wara li tkeċċa għal kollox Pietro Figlioli u Jayden Cassar. Gabriel Sammut minn man-up wara li tkeċċa Stephen Micallef u Matthias Pasżtor sabu x-xibka għat-team minn San Pawl il-Baħar.
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo, 4-Jayden Cassar (1), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (4), 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (8), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop, 11-Kieyan Borg, 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco (1), 15-Julian Chircop Coach: Joe Cremona
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Pietro Figlioli (4), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (2), 7-Matthew Chircop, 8-Gabriel Melillo (3), 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (3), 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia (1), 15-Gabriel Sammut (1) Coach: Marko Orlovic
Referees: Ronnie Spiteri, Michele Alessandroni