Minn Cristian Muscat
Sirens………….. 9
Sliema…………. 7
(4-0, 1-3, 3-3, 1-1)
Sirens rebħu s-Super Cup tan-Nisa meta fil-finali għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 9-7.
Detrimentali għas-Slimiżi kienet l-ewwel sessjoni hekk kif huma tilfuha b’distakk ta’ erba’goals.
Għal Sirens l-aqwa skorers kienu Martha Perici Ferrante, Kaia Agius u Denise Micallef, waqt li għal Sleima spikkat Yara Bonett li rreġistrat poker personali.
Sirens għamlu l-intenzjonijiet tagħom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-0, bil-goals jaslu minn Marth Perici Ferrante, Kaia Agius, Denise Micallef u Zea Cutajar Licari.
Iżda fit-tieni sessjoni Sliema wettqu reazzjoni u ħarġu rebbieħa 3-1 bl-iskorer ikunu Yara Bonett (2) u Sophie Camilleri. Kaia Agius wieġbet għat-team minn San Pawil il-Baħar.
It-tielet sessjoni ntemmet 3-3, bil-goals għal Sirens jaslu minn Martha Perici Ferrante, Elaya Montfort u Chloe Amato. Dan sabiex il-goals għal Sliema waslu minn Yara Bonett (2) u Lisa Fenech.
Ir-raba’ sessjoni wkoll intemmet fi draw iżda din id-darba ta’ 1-1 b’Denise Micallef tiskorja għal Sirens, waqt li Lisa Fenech wieġbet għas-Slimiżi.
Wara l-logħba, il-president tal-ASA Joe Caruana Curran, u s-Segretarju Ġenerali tal-istess assoċjazzjoni, Rita Azzopardi ppreżentat it-Tazza lill-captain Denise Micallef.
Sirens: 1-Alexia Amato, 2-Elaya Montfort (1), 3-Elisa Amato, 4-Chloe Amato (1), 5-Martha Perici Ferrante (2), 6-Eliza Vella, 7-Mackenzie Falzon, 8-Kaia Agius (2), 9-Denise Micallef (2), 10-Kay Attard, 11-Zaira Bartolo, 12-Zea Cutajar Licari (1), 13-Kelise Agius Coach: Dale Dowling
Sliema: 1-Kursty Plumpton, 2-Karla Camilleri, 3-Sarah Figallo, 4-Lisa Fenech (2), 5-Amber Restall, 6-Louise Cachia, 7-Francesca Paolella, 8-Sophie Camilleri (1), 9-Kaylen Cutajar, 10-Eyla Schembri, 11-Yara Bonett (4), 12-Andria Friigieri, 13-Melania Micallef Coach: Joe Sciortino
Referees: Stefano Scappini, Richard Magri