Friday, May 3, 2024

Waterpolo: Sirens jirbħu s-Super Cup tan-Nisa

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sirens…………… 14

Exiles……………. 11

(3-3, 1-3, 5-3, 5-2)

F’finali mill-isbaħ, Sirens għelbu l-isfida ta’ Exiles bl-iskor ta’ 14-11, biex b’hekk rebħu t-Tazza tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Għal Exiles spikka ferm il-player Max Aquilina li skorja sitt goals, waqt li għal Sirens l-aqwa skorer kien Matthew Sciberras b’erba’ goals.

Din kienet partita speċjali għall-player veteran Timmy Sullivan hekk kif kienet l-aħħar waħda tiegħu f’karriera ta’ 18-il sena – fl-aħħar ta’ dan ix-xahar huwa jagħlaq 38 sena.

Huwa rnexxielu wkoll isib ix-xibka fit-tielet u fir-raba’ sessjoni.

Il-partita mill-ewwel battuti tagħha wriet li se tkun waħda emozzjonanti u eċċitanti hekk kif fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut b’din tintemm bl-iskor ta’ 3-3, bil-goals għal Sirens jaslu minn Matthew Sciberras minn penalty, Jerome Zerafa Gregory u Ken Erdogan. Il-captain Kurt Griscti u Max Aquilina (2) wieġbu għal Exiles.

Exiles rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers għalihom jkunu Kurt Grtsci u Max Aquilina (2). Isaiah Riolo minn penalty u Matthew Sciberras wieġbu għal Sirens.

Iżda Sirens wettqu reaz­zjoni tajba fit-tielet sessjoni u rebħuha bl-iskor ta’ 5-3 bil-goals għalihom jaslu minn Matthew Sciberras (3) bit-tieni u t-tielet goals għalih jaslu minn penalty, Gianni Farrugia u Isaiah Riolo. Matteo Martellacci, Timmy Sullivan u Max Aquilina rrispondew għal Exiles.

It-team minn San Pawil il-Baħar immexxi mill-coach Serb Marko Orlovic ittrijonfa fitr-raba’ sessjoni meta ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 5-2, b’Jerome Zerafa Gregory, John Napier, Jacob Sciberras u Mikhael Cutajar (2). Timmy Sullivan u Max Aquilina skorjaw iż-żewġ goals għal Exiles.

Wara l-finali, Mark Muscat u Domenic Aquilina f’isem l-GĦĠS ippreżentaw it-trofew lill-captain ta’ Sirens, John Napier.

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (1), 4-Jacob Sciberras (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (2), 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop, 8-Isaiah Riolo (2), 9-John Na­pier (1), 10-Mikhael Cutajar (2), 11-Matthew Sciberras (4), 12-Matthias Azzopardi, 13- Matthew Bonello, 14-Gabriel Melillo, 15-Kydon Agius Dupuis – Coach: Marko Orlovic

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba, 3-Luke Gialanze, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (2), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fe­nech, 8-Kurt Griscti (2), 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada, 11-Max Aquilina (6), 12-David Fenech, 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci (1), 15-Liam Pursehouse – Coach: Aurelien Cousin

Referees: Andrea Zedda, Stefan Licari

Sport