Saturday, October 26, 2024

Waterpolo: Sliema jegħlbu lil Sirens mingħajr tbatija

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sliema……………12

Sirens………………3

(1-0, 3-1, 3-0, 5-2)

Sliema xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor kbir ta’ 12-3. B’hekk it-team minn San Pawl il-Baħar kompla jikkonferma lilu nnifsu bħala team enigmatiku fejn fost oħrajn wara li ħabbtu bis-sħiħ lil Neptunes u lil San Ġiljan fil-ġimgħat li għaddew, fejn f’logħbiet minnhom kontra dawn iż-żewġ timijiet ħarġu telliefa b’marġbi ta’ goal wieħed biss, f’din il-partita kontra Sliema kienu biss dell tat-team li pproduċa wirjiet  ferm pożittivi kontra ż-żewġ timijiet mill-Balluta.

Għal Sliema spikka ferm Jerome Gabarretta li rreġistra hat-trick personali biex b’hehk jidher li rritorna fil-forma wara li sofra injury fil-kustilji iktar kmieni matul dan l-istaġun kontra Marsaxlokk. Madankollu, huwa xorta mistenni jitlef il-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo għat-team nazzjonali Malti li se jsiru fi Split fil-Kroazja bejn l-aħħar ta’ Awwissu u l-bidu ta’ Settembru li ġej.

Sliema rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Jamie Gambin minn man-up wara li tkeċċa Matthias Azzopardi.

Is-Slimiżi rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals ikunu Jayden Cutajar, Jerome Gabarretta minn man-up wara li tkeċċa Matthew Sciberras u Liam Galea. Il-goal waħdani għal Sirens wasal minn Isaiah Riolo.

Fit-tielet sessjoni, it-team immexxi mill-coach Spanjol, Beto Fernandez, ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 3-0, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Jerome Gabarretta, Benji Cachia minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Matthias Azzopardi u Kieyan Borg.

Sliema għamlu l-en plain meta rebħu ir-raba’ sessjoni 5-2, bil-goals għalihom jaslu minn Jerome Gabarretta, Dino Zammit, Jamie Gambin, il-captian Mark Meli u Kieyan Borg. Iż-żewġ goals għal Sirens waslu minn Matthew Sciberras minn penalty u Matthias Azzopardi.

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (3), 3-Liam Galea (1), 4-Daniel Rizzo, 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (1), 7-Jayden Cutajar (1), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Jamie Gambin (2), 12-Dino Zammit (1), 13-André Theuma, 14-Kieyan Borg (2) Coach: Beto Fernandez

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Jacob Sciberras, 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Ganni Farrugia, 7-Matthew Chircop, 8-Isaiah Riolo (1), 9-John Napier, 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Matthew Bonello, 14-Gabriel Melillo, 15-Kydon Agius Dupuis Coach: Marko Orlovic

Referees: Ronnie Spiteri, Danilo Mazzoccoli

Sport