Sliema………………15
Valletta………………8
(4-3, 3-2, 2-1, 6-2)
Sliema kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 15-8.
Sliema rebħu l-ewwel sessoni bl-iskor ta’ 4-3, bil-goals jaslu minn Andrija Prlainovic minn penalty, Jamie Gambin minn man-up wara li tkeċċa Daniel Paolella, Dmitri Kholod minn penalty u Elijah Schembri. Ivan Nagaev (2) l-ewwel minn minn man-up wara li tkeċċa Benji Cachia, u mbagħad minn penalty u Jayden Cassar minn man-up wara li tkeċċa Andrija Palainovic ,wiegbu ghal Valletta.
Is-Slimiżi rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers għalihom ikunu Dmitri Kholod (2) u Liam Galea. Ivan Nagaev irreġistra doppjetta personali għall-Beltin bil-goals għalih jaslu l-ewwel minn penalty u t-tieni minn man-up wara li tkeċċa Dmitri Kholod.
Sliema rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals ikunu Dino Zammit u Zach Mizzi. Kieyan Borg minn man-up wara li tkeċċa Dmitri Kholod skorja l-uniku goal għall-Beltin.
Ir-raba’ sessjoni ntrebħet minn Sliema bl-iskor kbir ta’ 6-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Jayden Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Jayden Cassar, Liam Galea (2), Sam Engerer, Benji cachia u Zach Mizzi. Kieyan Borg minn penalty u Ivan Nagaev irrispondew għat-team mill-belt kapitali.
Sliema:1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 3-Liam Galea (3), 4-Jamie Gambin (1), 5-Zach Mizzi (2), 6-Benji Cachia (1), 7-Jayden Cutajar (1), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Dmitri Kholod (3), 11-Andrija Prlainovic (1), 12-Dino Zammit (1), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri (1), 15-Sam Engerer (1) Coach: Dejan Savic
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo, 4-Jayden Cassar (1), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic, 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (5), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop, 11-Kieyan Borg (2), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco, 15-Julian Chircop Coach: Joe Cremona
Referees: Alessandro Cavallini, Ronnie Spiteri